Lokali Qorti

Bormliż mixli li kien involut fil-ġlied l-kbira f”Bormla mixli li hedded lill-Ispettur Mifsud

Charleston Cassar, minn Bormla li għaddej proċeduri fil-Qorti fuq il-ġlieda kbira li kienet inqalgħet f’Bormla fil-11 ta’ Novembru, u li jinsab mixli fost akkużi oħra b’attentat ta’’ qtil, tressaq il-Qort mixli li fl-awla tal-Maġistrat Anthony Vella hedded lill-Ispettur Josric Mifsud.

Il-każ seħħ nhar il-Ħamis li għadda wassal biex għal darba oħra Cassar baqa’ miżmum taħt arrest preventiv. Cassar ta’ 22 sena, li f’għonqu għandu tatoo bl-isem F**K the Police, allegatament kien wieħed minn numru ta’ persuni li kien involut fil-ġlieda.

L-argument seħħ meta l-Maġistrat qal li kien se jieħu deċiżjoni dwar il-ħelsien mill-arrest tiegħu u ta’ ħuh Redent Cassar “in camera”. Hekk kif kien qed jiġi eskortat mill-awla, Cassar hedded lill-Ispettur Josric Mifsud billi pponta subajh lejh u heddu….” jekk ma nkunx preżenti waqt li t-tfajla tiegħi qed twelled”….u waqaf hemm. Meta kien qed jiġi eskortat barra l-Ispettur Mifsud qal lil Charlston Cassar li din kienet problema tiegħu.

Barra mill-awla Charlston Cassar beda jitkellem ħażin u jgħid u li hu ma jibża’ minn ħadd. Huwa ġie mixli wkoll li kiser il-paċi pubblika b’għajjat u ġlied u kliem li jikkonsisti f’dagħa.

Dwar jekk jingħatax permess li jara lis-sieħba tiegħu, l-Qorti qalet li huwa d-Direttur tal-ħabs li għandu jiddeċiedi jekk l-akkużat jingħata l-permess jew le. Għal Cassar qed jidher l-Avukat Joseph Mizzi filwaqt li l-Prosekuzzjoni tmexxiet mill-Ispettur Priscilla Caruana.