Internazzjonali Kurżitajiet

Daniel Craig u l-jumper

L-attur Daniel Craig qajjem fervent meta ppreżenta ruħu għat-tnedija tal-film il-ġdid ta’ James Bond – Spectre – liebes ‘jumper’ blu.

L-attur, li ssoltu jimxi mal-moda, deher jippoża għar-ritratti ma’ Lea Sudoux u ma’ Monica Bellucci, liebes dan il-‘jumper’ qisu “tan-nanniet” – u dan għad-dispjaċir tal-ammiraturi tiegħu. Ħafna nies ħonqu l-media soċjali Twitter b’kummenti negattivi dwar kif Daniel Craig kien liebes (ritratt) flimkien ma’ Monica Bellucci.

U meta dan ma kienx biżżejjed, l-attur iddeċieda li jikkuntrasta dan il-‘jumper’ ma’ qalziet griż, qmis bajda u par żarbun iswed – u dan kollu qajjem diversi reazzjonijiet għal raġunijiet ħżiena.