Ix-xufier tal-Ministru Manuel Mallia Paul Sheehan iċempel lill-Control Room tad-Depot meta kien taħt il-mina fil-viċinanzi ta’ Tal-Qroqq. Jinstema’ jgħid lis-sewwieq tal-karozza l-oħra.
SHEEHAN : Ara ma tqumx ghax fuqek naħlih.
Fl-istess telefonata, waqt li kien qieghed jitlob għall-assistenza u meta mistoqsi x’kien ġara, ix-xufier tal-Ministru Manwel Mallia jinstema’ jgħid ukoll li
SHEEHAN : “Hawn taħt il-mini… sparajt fuqu diġà!”
F’din il-konversazzjoni wkoll Paul Sheehan jinstema’ jistaqsi biex ikellem lill-Minisru Manwel Mallia li dak il-ħin kien qiegħed fil-Kwartieri Ġenerali tal-Pulizija jattendi okkażjoni soċjali.
21.05
Konversazzjoni oħra saret bejn PC Ryan Pisani f’telefonata mal-Aġent Kummissarju tal-Pulizija Ray Zammit jinstema jgħid:
RYAN PISANI : “Ħa nħalluha hawn għalissa?”
Fl-istess konversazzjoni l-Aġent Kummissarju jinstema’ jistaqsi jekk il-karozza kenitx milquta. Il-Kuntistabbli Ryan Pisani jghid li t-tnejn kienu milquta.
F’din il-konversazzjoni l-Aġent Kummissarju jinstema’ jgħid lil Ryan Pisani biex jaqbdu mal-lowloader, filwaqt li lill-Iskoċċiż jieħduh fl-Għassa tal-Pulizija tal-Imsida.
21.07
Paul Sheehan jerġa’ jċempel lill-Control Room u jerġa’ jispjega li kellu argument ma’ sewwieq li qal li kien laqatlu l-karozza ministerjali GM14.
21.15
L-Aġent Kummissarju Ray Zammit iċempel lil Paul Sheehan u jinstema’ jgħidlu:
RAY ZAMMIT : It-tifla miegħek?”
Għal dan Paul Sheehan qal li t-tifla kienet qegħda għand ommu. Fl-istess telefonata Paul Sheehan mal-Aġent Kummissarju Ray Zammit qal li:
PAUL SHEEHAN : Iva, kellimt lill-Ministru.”
Minn hawnhekk joħroġ ċar li Paul Sheehan, immedjatament wara l-isparaturi, kien informa b’kollox lill-Ministru tiegħu Manwel Mallia.
Fl-istess telefonata, mistoqsi mill-ġdid x’kien ġara eżattament, ix-xufier Paul Sheehan jinstema’ jgħid lill-Aġent Kummissarju Ray Zammit li PAUL SHEEHAN : ħriġt l-arma u tajt ġixx tiri… mhux fuqu ta’…”
Hu żied jgħid li s-sewwieq l-ieħor kellu karozza bi pjanċi ta’ barra.
21.16
L-Aġent Kummissarju Ray Zammit iċempel lis-Supretendent Alexandra Mamo u jaghtiha struzzjonijiet skont il-proċedura biex minnufih tmur fil-post tad-delitt, tibda tinvestiga u tiftaħ inkjesta bil-Maġistrat. Fl-isfond ta’ din it-telefonata, jinstema’ l-Ministru Manwel Mallia jistaqsi fejn kienet intlaqtet il-karozza.
21.30
Is-Supretendent Alexandra Mamo tagħmel telefonata lill-Aġent Kummissarju tal-Pulizija Ray Zammit u tgħidlu li l-balal kienu laqtu l-karozza l-oħra misjuqa minn Skoċċiż.
L-Aġent Kummissarju Ray Zammit jghidilha minnufih biex tassigura li x-xena tad-delitt tkun ippriservata:
RAY ZAMMIT : “Ara ma tmissu xejn u nagħmlu inkjesta.”
21.45
L-Aġent Kummissarju Ray Zammit f’telefonata oħra, din id-darba ma’ Kurt Farrugia, il-Kelliem tal-Prim Ministru, jgħidlu:
RAY ZAMMIT: “Kurt, żomm il-linja, hawn Sheehan.”
Ix-xena hawnhekk kienet li l-Aġent Kummissarju kien qiegħed jikkomunika b’żewġ telefons – wieħed ma’ Kurt Farrugia u l-ieħor ma’ Paul Sheehan. Jiġifieri kellu żewġ konversazzjonijiet b’mod simultanju.
F’dawn it-telefonati l-Aġent Kummissarju Ray Zammit jinstema’ jagħmel numru ta’ mistoqsijiet lil Paul Sheehan u t-tweġibiet mogħtija lilu beda jgħaddihom minnufih lil Kurt Farrugia li kien fuq in-naħa l-oħra tat-telefon.
Fost l-oħrajn qallu:
RAY ZAMMIT: “Għidli fejn kont ipparkjat għax għandi lil Kurt fuq il-linja.”
F’din il-konversazzjoni twila li fiha x-xufier tal-Ministru Manwel Mallia reġa’ rrakkontalu l-istorja kollha ta’ x’kien ġara, qallu wkoll:
SHEEHAN: “Għafasni mal-ħajt u nżilt għalih.”
Qallu wkoll li s-sewwieq l-ieħor kien niżel għalih bi flixkun tal-birra f’idu. Għal dan l-Aġent Kummissarju jinstema’ jistaqsih:
RAY ZAMMIT: “U int x’għamilt? Mort tiġri warajh?”
Fl-istess diskursata Paul Sheehan qal lill-Aġent Kummissarju:
PAUL SHEEHAN: “ Tajtu ġixx tiri.”
Għal dan id-diskors l-Aġent Kummissarju reġa’ staqsa:
RAY ZAMMIT: “Kif rikeb fil-karozza?”
Għal dan Paul Sheehan reġa’ wieġeb:
PAUL SHEEHAN: “Mela…”
Dan kollu fil-preżenza bit-telefon ta’ Kurt Farrugia li kien qiegħed jingħadlu kollox.
22.36
L-Aġent Kummissarju Ray Zammit f’telefonata oħra max-xufier Paul Sheehan jghidlu:
RAY ZAMMIT: “Biex inkunu ċerti, qabel ma noħorġu l-istqarrija, inti ċert minn dak li għedtilna hux? Għax forsi kont imfixkel?!”
L-Aġent Kummissarju Ray Zammit jinstema’ jistaqsih ukoll lil Paul Sheehan:
RAY ZAMMIT: “U int tajtu żewġ tiri?”
Ix-xufier tal-Ministru Manwel Mallia iwieġeb fl-affermattiv.
Jistaqsih ukoll jekk it-tiri kien tagħhomlu ħdejn il-Pixxina.
22:47
Il-Kelliem tal-Prim Ministru Kurt Farrugia jibgħat l-istqarrija lid-DOI biex tkun tista’ tintbaghat lill-media.
23.08
L-Aġent Kummissarju Ray Zammit f’telefonata oħra max-xufier tal-Ministru Manwel Mallia, jgħidlu li l-Ministru ried ikellmu:
RAY ZAMMIT : “Se jkellmek il-Ministru.”
Fil-konversazzjoni ta’ Zammit max-xufier Paul Sheehan, il-Ministru Mallia jinstema’ jistaqsi lil Zammit.
MANUEL MALLIA: “Fejn hu l-indirizz ta’ ommu?” .
Għal dan Paul Sheehan iwieġeb
PAUL SHEEHAN: “Pawlu, kien hu li mar jiġbor it-tifla tal-Ministru Mallia mingħand ommi.”
Sheehan kien qiegħed jirriferi għax-xufier l-ieħor li hu Pawlu magħruf bħala l-‘machine gun’ u li l-istess Pawlu wkoll kien fix-xena tar-reat.
Fl-istess konversazzjoni l-Ministru Manwel Mallia jinstema jgħid lix-xufier tiegħu Paul Sheehan li allura issa d-Depot kien se jgħaddi għalih ix-xufier l-ieħor jiġiferi Pawlu l-‘machine gun‘.
Fl-istess telefonata l-Ministru Manwel Mallia jindirizza lil Paul Sheehan bil-kliem “ok, sieħbi”.
23:14
Il-Gvern joħroġ l-istqarrija li fiha ntqal li l-każ kien wieħed ta’ hit and run, li ma kien hemm ħadd fil-karozza fil-ħin tal-inċident, u li ġew sparati żewg tiri fl-arja bħala warning.
L-ilħna fil-filmat t’hawn fuq huma vuċijiet t’atturi
//= $special ?>