Lokali

ESKLUSSIVA: Fil-ħarġa ta’ għada ta’ In-Nazzjon, aktar dettalji dwar il-kontenut tat-telefonati wara l-isparatura fil-Gżira

Fil-ħarġa ta’ għada, il-ġurnal In-Nazzjon se jkompli jagħti aktar dettalji dwar it-telefonati li saru nhar id-19 ta’ Novembru filgħaxija meta Paul Sheehan, ix-xufier tal-Ministru Manwel Mallia, spara fuq vettura privata fil-Gżira. Għada, il-ġurnal se jkun qed jitfa’ aktar dawl dwar it-telefonati kollha li saru mill-ħin tal-isparatura sakemm ħarġet l-istqarrija tad-Dipartiment tal-Informazzjoni, mibgħuta minn Kurt Farrugia, il-Kap tal-Komunikazzjoni tal-Prim Ministru Joseph Muscat.

L-ewwel dettalji dwar dawn it-telefonati se jkunu żvelati ftit minuti oħra waqt il-programm Newsfeed fuq NET Television u aktar tard minn MaltaRightNow.com. It-telefonati ma jħallu l-ebda dubju min kien jaf xhiex u xi ppruvaw jagħmlu dawk kollha involuti.