Ħarsa lejn il-gazzetti li ħarġu llum il-Ġimgħa, 5 ta’ Diċembru.
IN-NAZZJON jirrapporta l-aħħar żviluppi dwar il-każ Manwel Mallia. Illum se jitressaq il-Qorti Surġent mixli li bagħbas mal-evidenza tal-isparatura. Il-PN jibqa’ jinsisti li Joseph Muscat hu dgħajjef quddiem l-abbuż ta’ poter.
THE MALTA INDEPENDENT b’aħbar esklussiva dwar il-kwistjoni tal-liċenzja l-ġdida tal-casino. Il-gazzetta tgħid li hemm possibilta’ ta’ tliet istanzi ta’ kunflitt ta’ interess.
L-ORIZZONT b’rapport dwar 60 proġett ta’ investiment li ġew approvati mill-Malta Industrial Parks.
THE TIMES OF MALTA tikkwota lill-Ministru Manwel Mallia jgħid li Sheehan ma kienx kanvasser tiegħu. Rapport ieħor jiffoka fuq il-Libja u l-influwenza tal-ISIS f’dan il-pajjiż, li kull ma jmur qed dejjem tiżdied.
//= $special ?>