Id-Deputat Nazzjonalista Robert Arrigo staqsa lill-Gvern jgħid jekk hux minnu li l-proprjetà ta’ Selmun li hi f’idejn l-Air Malta, se tinbigħ lill-Gvern għal €15-il miljun.
Robert Arrigo għamel din il-mistoqsija lill-Gvern fid-dibattitu fil-Parlament dwar il-Ministeru tal-Finanzi. Staqsa wkoll jekk il-Gvern hux se jimpjega uffiċjal għoli barrani fl-Air Malta. Staqsa wkoll jekk l-Air Malta u servizzi li oħra li toffri bħalma hu l-ground services, humiex se jinbigħu. Talab ukoll lill-Gvern jispjega dwar il-pjani tal-Air Malta għall-flotta tagħha ta’ ajruplani.
Dwar il-pensjoni tas-servizz għal dawk li ħadmu maċ-ċivil qabel l-1979, Robert Arrigo staqsa wkoll x’sar mit-task force li twaqqfet dwar din l-assoċjazzoni ta’ eks-suldati.
Robert Arrigo wieġeb ukoll għall-kritika li saret mill-Prim Ministru għall-Assistenti Parlamentari fl-amministrazzjoni Nazzjonalista meta fissirhom bħala hand bags li ma jagħmlu xejn u ħela ta’ flus.
Robert Arrigo qal lill-Prim Ministru li bħala Assistent Parlamentari kien wettaq diversi xogħol li ħalla wkoll rizultati, u semma fost l-oħrajn il-ħidma li wasslet għal rapport dwar l-eco green jobs, li jifhem li għadu Kastilja u għadu validu. Rapport li fisser li tfassal minn ħafna esperti.
Ħidma oħra kienet tinkludi wkoll ħafna laqgħat ma’ esperti u assoċjazzjonijiet brabta mal-Ministeru li kien assenjat hu.
Fissser ukoll li dan ma kienx xogħol li kienu jitħallsu għalih kif qed isir illum minn dan il-Gvern lid-Deputati tiegħu li għal dan ix-xogħol illum qed jitħallsu flejjes li jlaħħqu l-eluf, bħalma qed jirċievu wkoll deputati tal-Gvern li huma wkoll konsulenti tal-istess Gvern.
Robert Arrigo qal ukoll li mid-dikjarazzjonijeit tiegħu dwar il-qligħ li għamel f’dawk is-snin, Robert Arrigo qal li qatt ma kien hemm differenzi minħabba x-xogħol ta’ Assistent Parlamentari.
//= $special ?>