Internazzjonali Kurżitajiet

Il-karrozza ġdida ta’ James Bond

Hekk kif fil-Pinewood Studios f’Iver Heath fir-Renju Unit tħabbar l-isem ġdid tal-film li jmiss ta’ James Bond, “Spectre”, u l-atturi li se jieħdu sehem fih, kien hemm stennija kbira wkoll għall-karrozza li se juża l-aġent sigriet Ingliż u din tħabbar se tkun…l-Aston Martin DB10, li tidher fir-ritratt hawn fuq waqt il-preżentazzjoni. Il-film mistenni joħroġ għall-wiri f’Ottubru tas-sena d-dieħla.