Lokali

Illejla jiftaħ Misraħ il-Milied

Illejla d-Dar Ċentrali tal-Partit Nazzjonalista se titrassforma ruħha f’Misraħ il-Milied hekk kif il-Ġimgħa jingħata bidu għal dan l-avveniment festiv.

Il-programm tal-lejla jibda fil-Foyer fis-6 ta’ filgħaxija b’programm ta’ kant minn numru ta’ parteċipanti tal-Festival Kanzunetta Indipendenza u fl-istess waqt, fis-Sala prinċipali, programm ta’ muika rock minn bands u kantanti Maltin.

Misraħ il-Milied ikompli sat-Tnejn ta’ Diċembru, u wieħed jista’ jgawdi minn wirja ta’ presepji, apple strudle shows, area għat-tfal li tinkludi illużjonista, karattri ta’ disney, logħob, crafts u rakkonti ta’ stejjer, playstation tournaments, stands b’bejgħ ta’ ponsjetti, ġurgarelli, kotba, tiżjin tal-Mlied kif ukoll ħelu u xorb marbut mal-Milied, bħal Mulled Wine, Imbuljuta, Mince Pies u Christmas Logs.

Il-qofol ta’ Misraħ il-Milied jintlaħaq il-Ħadd li ġej, bil-Maratona Ġbir ta’ Fondi b’aktar spettaklu u attivita’ festiva tal-Milied.