Internazzjonali

Jikkonfermaw li arrestaw it-tifla tal-kap tal-ISIS

Il-Ministru tal-Intern tal-Libanu qal li l-provi tad-DNA ikkonfermaw li t-tifla ż-żgħira ta’ Abu Bakr al-Baghdadi, il-kap tal-ISIS, qed tinżamm mill-awtoritajiet tal-pajjiż.
Il-Ministru, Nohad Machnouk, informa lit-televiżjoni Lebaniża, MTV, li hu mifhum li omm it-tifla, li wkoll qed tinżamm taħt arrest, hi waħda min-nisa li kellu Baghdadi.
Nhar it-Tlieta, uffiċjali tas-sigurtà Lebaniżi qalu li kienu waqqfu u żammew lill-mara u t-tifel ta’ Baghdadi fl-inħawi tal-fruntiera mas-Sirja. Iżda ftit wara l-Iraq kien ċaħad din l-aħbar u qal li l-Lebaniżi kienu żbaljati.
Iżda wara, il-Gvern tal-Libanu kien insista li l-mara – identifikata bħala Saja al-Dulaimi – ma kinitx miżżewġa lil Baghdadi. Kelliema, imbagħad, fissru lil Dulaimi bħala t-tifla ta’ membru attiv tal-Front Al-Nusra, il-fergħa tal-Al-Qaida fis-Sirja.

Aktar fil-ħarġa tal-lum ta’ IN-NAZZJON