Internazzjonali

Kapsula tittella’ fl-abbissi tal-ispazju

Rocket ittella’ lejn l-ispazju minn Florida jġorr lil Orion – kapsula ġdida, mhux kontrollata mill-bniedem, tal-aġenzija spazjali Amerikana (NASA).

Il-kapsula kienet disinjata biex eventwalment takkomoda lill-astronawti lil hinn mill-istazzjon spazjali, għal destinazzjonijiet bħalma huma l-Qamar u Mars.

It-titjira qasira tal-Orion kienet użata sabiex ikunu ttestjati t-teknoloġiji kritiċi, bħalma huma t-tarka tas-sħana u l-parachutes.

Ara aktar fil-ġurnal In-Nazzjon ta’ għada.