Internazzjonali Kurżitajiet Saħħa

Min ipejjep il-ħaxixa għandu l-pulmuni bħal ta’ anzjan ta’ 80 sena

It-tobba avżaw li persuni li huma fuq it-30 sena u li jpejpu l-ħaxixa għandhom il-pulmuni tant morda li qishom dawk ta’ anzjan ta’ 8o sena.

L-ispeċjalisti jgħidu li adulti żgħar li pejpu l-ħaxixa, għal ta’ l-inqas għaxar snin, qed imorru fid-Dipartiment tal-Emerġenza jbatu mill-emphysema.

L-emphysema, fejn miljuni ta’ spazji żgħar bl-arja fil-pulmun jimirdu bil-mod, hi normalment kawżata mit-tabakk u ssoltu l-marda sseħħ tard fil-ħajja.

Damien McKeon, konsulent dwar il-mediċina respiratorja fi sptar f’Wales, fisser li “l-ħaxixa hi aktar b’saħħitha llum u qed naraw verżjoni aktar gravi tal-emphysema – li tista’ twassal għal nies li jitħabtu għan-nifs għall-kumplament ta’ ħajjithom.”