Is-Sindku ta’ Ruma ordna reviżjoni tal-kuntratti kollha li saru f’Ruma wara li investigazzjoni sabet allegat qafas kriminali li jinvolvi wħud mill-politiċi ta’ Ruma. Ignazio Marino ħabbar dan wara li ltaqa’ mal-investigaturi.
L-awtoritajiet, kmieni din il-ġimgħa, ħabbru l-arrest ta’ 37 suspettat u qal li qed jinvestigaw mija oħra.
Dawk arrestati huma suspettati bi frodi u ħasil tal-flus b’rabta ta’ xogħolijiet pubbliċi. Fost dawk li huma investigati hemm Gianni Alemanno, l-eks Sindku ta’ Ruma, li qed jiċħad kull involviment iżda hu rriżenja mill-kariga tiegħu fil-partit tal-lemin Aħwa tal-Alleanza Nazzjonali tal-Italja filwaqt li l-investigazzjonijiet qed jissoktaw.
Aktar dettalji f’IN-NAZZJON ta’ għada
//= $special ?>