Internazzjonali

Riesaq tifun qawwi

Għexieren ta’ eluf ta’ persuni qed ifittxu l-kenn hekk kif it-tifun qawwi Hagupit riesaq lejn il-Filippini.

Hagupit, jew Rubin fil-Filippini, għandu buffuri sa 230 kilometru fis-siegħa u mistenni jaħkem lill-pajjiż għada filgħaxija.

It-tifun jinsab fid-direzzjoni tal-provinċji fil-Lvant u fit-Tramuntana ta’ Samar u l-belt ta’ Tacloban, fejn eluf inqatlu mit-tifun Haiyan sena ilu.

Aktar f’IN-NAZZJON ta’ għada u f’NET News illejla