Lokali

Ritratti: Iktar tallaba f’Tas-Sliema

Kull ma jmur f’Tas-Sliema qed jidhru iktar tallaba li qed iqattgħu ġranet sħaħ f’postijiet differenti jitolbu l-flus mingħand dawk li jkunu għaddejjin mit-triq.

Wara li ftit tal-jiem ilu wrejna ritratti tat-tallab li jqatta’ l-ġurnata mal-art fiż-żona magħrufa bħala l-ferries ta’ Tas-Sliema (aqra hawn), irċivejna wkoll ritratti oħra ta’ tallab ieħor li qed ikun f’High Street, maġenb id-daħla ta’ supermarket fl-istess triq.

Anke’ f’dan il-każ, it-tallab hu barrani u jkun ħafi. Jidher li għandu wkoll diformazzjoni f’saqajh it-tnejn.

10685210_10152927263937386_548611448_n