Marokkina marret tliet xhur ħabs wara li ammettiet li daħlet fl-appartament ta’ ħbieb tagħha f’Tas-Sliema meta din kienet xogħol. Il-Marokkina ġiet mixlija wkoll li kkommettiet reat waqt li kienet tinsab bil-liberta’proviżorja.
Meriam Abdussalam Mouaddea ta’ 39 sena, residenti San Ġwann, ammettiet li serqet borża li kien fiha €200 mimlija fidda u li għamlet ħsara lil bieb ta’ barra tal-ħabiba tagħha f’ St Ignatius Junction u dan fid-29 ta’ Novembru li għadda.
Mill-provi rriżulta li Mouaddea inżammet fl-appartament meta nqabdet fil-fatt tistraq fil-ħin li għamlet rebus fil-post. L-appartament huwa mikri lil Adam Ali Anwar u Abdu Rahman li qalu lill-Pulizija li għall-ħabta tas-6.30am tal-ġurnata ssemmija, kien hemm taħbita mal-bieb fejn tal-ewwel sab lil mara li staqsiet għal tazza ilma.
Kif kienet fil-post, hija staqsiet għal ċertu persuna li kien jgħix fl-appartament, li Mohammed, u li bħalissa jinsab l-Amerika. Anwar kien talabha biex titlaq għax hu ried imur għax-xogħol. Hija staqsiet meta hu u sieħbu kienu se jirritornaw, u dan qallha filgħaxija. Rahman ċempel lil Anwar għal ħabta tal-10am u to biex jgħidlu li kien se jmur jiċċekkja l-appartament, u kif mar hemm sab il-bieb miftuħ.
Ġewwa sab lil mara li bdiet titlobu bil-ħniena biex ma jċemplix lil Pulizija, u li kienet se ċċempel lil xi ħadd jiġi minnha l-Italja għal għajnuna. Huwa xorta waħda ċempel lill-Pulizija, li minn naħa sabu lil Marokkina tibki fuq is-sodda fl-appartament li kien spiċċa b’ħafna tħarbit. Fil-“handbag” tagħha wkoll nstabu l-flus kollha fidda.
Minbarra t-tliet xhur il-Qorti preseduta mill-Maġistrat Francesco Depasquale, minbarra li kkundannata tliet xhur ħabs u dan ukoll talli kisret il-kundizzjonijiet mogħtija lilha mill-Qorti u poġġieta għal ordni ta’ superviżjoni għall-perjodu ta’ sentejn. L-Ispettur Jason Sultana mexxa l-Prosekuizzjoni filwaqt li l-Avukat Joe Brincat deher għal mara.
//= $special ?>