Internazzjonali

Traġedja oħra fil-Mediterran

Mietu almenu 18 il-immigrant li ppruvaw jaqsmu b’dinghy mil-Libja lejn l-Italja, bl-awtoritajiet jemmnu li l-immigranti tilfu ħajjithom b’kaġun tal-effetti ta’ nuqqas ta’ ilma tax-xorb u talli damu wisq esposti għall-elementi kiefra.
Il-katavri u d-dinghy instabu lejn in-Nofsinar mill-gżira ta’ Lampedusa, bil-gwardjani tal-kosta – megħjuna minn vapur tal-qawwiet tal-baħar Taljani – isalvaw 76 immigranti oħra minn zoni ta’ baħar lejn it-Tramuntana tal-Libja u n-Nofsinar ta’ Lampedusa.
Ir-rapporti qalu li numru ta’ dgħajjes ta’ sidien privati ukoll wieġbu għall-messaġġi ta’ emerġenza.

Aktar f’IN-NAZZJON ta’ għada u NET NEWS illejla