Lokali

Żagħżugħ fil-periklu tal-mewt wara ħabta fil-Floriana

Żagħżugħ ta’ 27 sena jinsab fil-periklu tal-mewt wara ħabta kerha fi Triq Nazzjonali l-Floriana.

L-inċident seħħ fis-1:15am, meta vettura Opel Astra baqgħet dieħla f’siġra, waqt li kienet sejra fid-direzzjoni tal-Blata l-Bajda. Iż-żagħżugħ huwa minn San Pawl il-Baħar.

L-impatt tal-karozza mas-siġra tant kien kbir li kellha tissejjaħ l-għajnuna tal-membri tal-Protezzjoni Ċivili sabiex jinħareġ il-vittma.

Dwar dan il-każ qed titmexxa inkjesta mill-Maġistrat Claire Stafrace Zammit.