Żewġ sajjieda, f’kundizzjoni fiżika fraġli, qed jirkupraw fi sptar fil-Paċifiku, wara li qattgħu ħames xhur f’ċattra miftuħa wara li l-magna tagħha waqfet taħdem.
Is-sajjieda minn Papua New Guinea qalu lil uffiċjali fil-belt ta’ Poynpei fil-Gżejjer Caroline li huma rnexxielhom jgħixu billi kielu ħut nej u xorbu ilma tax-xita. Oriġinarjament huma kienu tliet sajjieda, iżda t-tielet wieħed kien miet wara li bata minn ‘diversi kundizzjonijiet ta’ saħħa’.
It-trawma tagħhom sa fl-aħħar spiċċat meta s-sajjieda ttellgħu minn lanċa tas-sajd, madwar 120 mil fin-Nofsinhar tal-Gżira Kapingamarangi.
Maħruqa ħafna bix-xemx u jbatu minn ġuħ kbir, is-sajjieda ġew deskritti minn uffiċjali tal-isptar li kienu f’qagħda ‘raġonevoli’, u dan meta wieħed jikkunsidra l-ħafna ġimgħat li qattgħu f’nofs ta’ baħar.
//= $special ?>