Fis-sentejn li għaddew ingħataw 1,136 transfer fis-settur tal-edukazzjoni.
Dan jirriżulta minn tweġibiet li ta l-Ministru tal-Edukazzjoni għal mistoqsijiet parlamentari tad-Deputat Nazzjonalista Joe Cassar.
Għal mistoqsija dwar kemm għalliema ġew trasferiti jew imqiegħda fuq shared deployment fil-bidu ta’ din is-sena skolastika, il-Ministru Bartolo qal li saru 635-il trasferiment ta’ għalliema li minnhom 66 kienu fuq bażi shared.
Id-Deputat Nazzjonalista Joe Cassar staqsa wkoll lill-Ministru tal-Edukazzjoni jekk jikkonfermax li din is-sena skolastika kien hemm żieda sostanzjali f’trasferimenti u shared deployment ta’ għalliema u jagħti r-raġuni għaliex sar dan, u jekk sarx xi ppjanar biex jiġi mmitigat it-trasferiment jew shared deployment ta’ għalliema u fl-eventwalità li sar dan l-ippjanar, jispjega fiex kien jikkonsisti.
Il-Ministru tal-Edukazzjoni qal li f’din is-sena skolastika kien hemm żieda fit-trasferimenti u shared minħabba l-fatt li nfetħet skola ġdida u li kien hemm tmien skejjel oħra, minbarra l-ħames skejjel li huma phasing out, li fihom ċkienet il-popolazzjoni minħabba l-introduzzjoni tal-co-ed.
//= $special ?>