Ekonomija Kummerċ Lokali

Air Malta tespandi s-servizzi tal-web u mobile check-in

Air Malta kompliet tespandi s-servizzi tal-‘web’ u ‘mobile check-in’ minn 17-il ajruport internazzjonali.

B’effett immedjat il-passiġġieri tal-Air Malta issa se jkunu jistgħu jgħamlu ‘check-in’ permezz tas-sit tal-kumpanija jew permezz tal-mowbajl tagħhom f’ħafna mid-destinazzjonijiet, sa’ siegħa qabel il-ħin skedat tat-tluq.

Il-passiġġieri li jużaw dawn is-servizzi jistgħu jibdew jagħmlu ‘check-in’ għat-titjiriet 24 siegħa qabel it-tluq, jagħżlu l-post tagħhom abbord l-ajruplan u jirċievu ‘boarding pass’ b’kodiċi b’mod immedjat.

Is-servizz huwa issa disponibbli fl-ajruporti ta’ Malta, Londra Heathrow u Gatwick, Vjenna, Ateni, Sofia, Frankfurt, Berlin, Hamburg, Dusseldorf, Katanja, Zurich, Lyon, Ġinevra, Manchester, Moska-Domodedovo u Marsilja. Fil-ġimgħat li ġejjin dawn is-servizzi se jiġu offruti wkoll minn erba’ ajruporti oħrajn: Ruma, Milan, Pariġi Orly u Charles de Gaulle.

“Permezz tas-servizzi bħal ‘web’ u ‘mobile check-in’ niffaċilitaw il-formalitajiet tal-ajruport biex nassistu passiġġieri biex jiffrankaw ħin u jevitaw kjuwijiet fl-ajruport. Dawn is-servizzi joffru lill-passiġġieri l-flessibbiltà biex ikunu jistgħu jagħmlu ‘check-in’ waqt il-vjaġġi tagħhom jew mill-kumdità tad-dar jew l-uffiċċju. Qegħdin naħdmu bis-sħiħ biex noffru servizzi oħra aqwa lill-klijenti tagħna”, qalet Matina Massa, Chief Information Officer fl-Air Malta.

Aktar informazzjoni tista’ tinkiseb billi tagħfas hawn.

 

air malta web check in