VALLETTA…..…….…….4
FLORIANA………………..1
Valletta: N. Vella, R. Camilleri, S. Borg, J. Caruana, I. Azzopardi, R. Fenech, S. Bajada, R. Briffa, H. Barry, A. Nafti, L. Elford Alliyu
Sost– L. Dimech flok S. Borg 56’, H. Faria fok A.L Nafti 62’, R. Kooh Sohna flok J. Caruana 76’0
Floriana: T. Gauci, R. Aguiar, D. Cobo, S.Pisani, Cl. Borg, V. Plut, M. Piciollo, M. Briffa, B. Farrugia, G. Muir, S. Bonnici
Sost– A. Samb flok D. Cobo 36’,Co. Borg flok B. Farrugia 46’
Imwissija: M. Piciollo 14’, C. Borg 60’ (F)
Skorjaw: L. Elford Alliyu 2’, 42’, 60’ pen, A. Nafti 45’ (V), V. Plut 77’ (F)
Referee: Philip Farrugia
Il-mument Plejer tal-Logħba – Hamza Barry (Valletta)
Valletta wieġbu għar-rebħa ta’ Hibernians meta b’wirja oħra tajba ġabu fix-xejn lil Floriana b’rebħa ta’ 4-1. It-tim Belti kompla jibni fuq l-aħħar konfront u l-gowl kmieni witta t-triq biex setgħu jikkontrollaw il-logħba.
Għaċ-Champions reġgħu spikkaw Abdelkarim Nafti, Lateef Elford Alliyu u Hamza Barry flimkien mal-kumplament tat-tim u jidhru li jinsabu preparati għal partita ferm importanti kontra Hibernians.
Għal Floriana wara żewġ rebħiet kontra Sliema, din kienet wirja diżappuntanti speċjalment fid-difiża fejn ma kinux kompatti u l-plejers Beltin bdew jinfdu d-difiża kif riedu u żgur li Tedesco jrid jaħdem fost il-ġimgħa biex jevita dawn l-iżbalji kontra Pieta.
Wara li serraħ diversi plejers fir-rebħa fost il-ġimgħa fl-F.A Trophy kontra Birżebbuġa, il-kowċ Ivan Zammit żamm l-istess formazzjoni li għelbet lil Tarxien Rainbows. Minn naħa l-oħra l-kowċ ta’ Floriana Giovanni Tedesco għamel żewġ bidliet mill-aħħar konfront tal-kampjonat b’Steve Pisani jieħu post Samb filwaqt li Aguiar ħa post is-sospiż Andre Scicluna.
Il-Beltin ħadu biss żewġ minuti biex imorru fil-vantaġġ meta Shaun Bajada krossja fil-kaxxa, LATEEF ELFORD ALLIYU għola tajjeb u b’daqqa ta’ ras qabad lil Tyrone Gauci barra.
Fit-12-il minuta xutt fil-baxx minn barra l-kaxxa ta’ Nafti għadda ftit barra. Ħames minuti Roderick Briffa prova jaqbad lil Gauci barra minn postu b’xutt mid-distanza, iżda l-gowlkiper Furjaniż kien attent u salva.
Valletta setgħu irduppjaw fil-31 minuta meta Hamza Barry ġibed lejn in-nofs u b’passaġġ perfett nifed id-difiża Furjaniża lejn Roderick Briffa iżda wara finta minn quddiem Gauci spara għoli. Fit-38 minuta xutt b’saħħtu mid-distanza ta’ Ryan Fenech ġie salvat tajjeb minn Gauci.
Valletta irduppjaw fit-42 minuta meta minn korner, Nafti krossja fuq it-tieni lasta u kien pront LATEEF ELFORD ALLIYU li minkejja li ssikat għola u b’daqqa ta’ ras għeleb lil Gauci. Il-Beltin skorjaw it-tielet gowl qabel il-mistrieħ meta Hamza Barry krossja fil-baxx tul id-difiża mil-lemin lejn ABDELKARIM NAFTI li ma kellu ebda problema jiskorja.
Valletta pruvaw iżommu l-istess ritmu tal-ewwel taqsima iżda l-ewwel periklu denju tat-taqsima wasal minn Floriana meta Piciollo qassam lejn Steve Bonnici li prova b’mod akrobatiku iżda Nicky Vella kien pront u b’dave stupend dawwar f’korner.
Iċ-Champions għaqqdu l-poker fis-60 minuta meta xutt ta’ Ryan Fenech ġie ġudikat mir-referee Philip Farrugia li ħabat ma’ id Clyde Borg bir-referee jordna penalty. Mill-11-il metru LATEEF ELFORD ALLIYU ma żbaljax.
Floriana għal ftit ma skorjawx il-gowl tal-bandiera fil-75 minuta bi free-kick ta’ Gary Muir li għadda ftit barra. Iżda l-Furjaniżi skorjaw żewġ minuti wara meta VITO PLUT daħal fi spazju li ħalliet id-difiża Beltija u qabbeż fuq Vella minn tarf il-kaxxa.
//= $special ?>