Se tixxandar LIVE fuq NET Television u Radio 101
Fi ftit tal-ħin ieħor, il-Kap tal-Oppożizzjoni u tal-Partit Nazzjonalista Simon Busuttil se jkun qed jindirizza konferenza tal-aħbarijiet, fejn se jitkellem dwar l-aħħar żviluppi fil-każ tax-xufier tal-Ministru Manwel Mallia.
Il-konferenza tal-aħbarijiet se ssir fis-1.30pm fid-Dar Ċentrali, u se tixxandar fi trasmissjoni diretta fuq NET TV kif ukoll fuq Radui 101
Dan wara li lbieraħ, waqt il-programm Newsfeed fuq NET TV, il-kamra tal-aħbarijiet ta’ dan l-istazzjon żvela konversazzjonijiet bit-telefon li seħħew fil-lejl meta x-xufier ta’ Manwel Mallia spara tiri lejn il-vettura tal-Iskoċċiż Stephen Smith. Lejl li fih il-Gvern fi stqarrija qal li dawn it-tiri kienu sparati fl-ajru, bħala “twissija”.
//= $special ?>