Sport

Erba’ rekords nazzjonali fil-Qatar

GĦAWM: Ħames għawwiema li qed jiffurmaw it-tim nazzjonali Malti fil-Kampjonati tad-Dinja tal-Għawm li qed isiru f’Doha fil-Qatar kisru erba’ rekords nazzjonali.
It-tim hu mmexxi mill-kowċ Andy Colburn li wera ruħu ferm sodisfatt bil-prestazzjoni u r-riżultati.

Ir-rekords nazzjonali twaqqfu tnejn minn Neil Muscat fil-100m backstroke (57.55 sek) u l-50 metru backstroke (26.60 sek), minn oħtu Nicola Muscat fil-100m freestyle (57.99 sek) u ieħor minn Matthew Zammit fil-50m freestyle (22.77 sek)

Julian Harding fil-100m breastroke (1:04.35 min) u Raoul Stafrace fil-50m freestyle (23.06 sek) irreġistraw l-aħjar ħin personali tagħhom.ż
Harding, Stafrace, Zammit u Nicola Muscat jerġgħu jkunu fl-azzjoni llum fil-heats tagħhom.