Lokali

Għada il-MUMENT b’aktar dettalji esklussivi dwar il-każ Manwel Mallia

Fil-ħarġa tal-Ħadd, il-mument, se jkun hemm aktar dettalji esklussivi u investigati mill-ġurnalist Joe Mikallef, b’rabta mal-iskandlu tal-isparatura tax-xufier tal-Ministru Manwel Mallia, hekk kif fil-jiem li ġejjin mistenni jitressaq ir-rapport tal-inkjesta.

Il-mument se tiżvela iktar intriċċi b’rabta ma’ dan l-iskandlu u fil-ħarġa ta’ għada se tippublika ‘dossier’ ta’ dak kollu li ntqal f’temp ta’ sagħtejn minn meta x-xufier tal-Ministru Manwel Mallia spara fuq terza persuna.