Ħalliel makakk irnexxielu jipnotizza bejjiegħ ta’ ħanut biex serqu waqt li kien taħt l-effett tal-ipnożi.
Il-ħalliel, li kien mill-Ewropa tal-Lvant, daħal fil-ħanut f’Highgrade fit-Tramuntana ta’ Londra, u qal lill-bejjiegħ li martu kienet tqila u riedet tixrob.
Sabiex jurih li martu kienet tqila, il-ħalliel mess lill-bejjiegħ, Aftab Haider, fuq żaqqu u f’daqqa waħda dan ta’ l-aħħar waqa’ mal-art fi stat ta’ ipnożi. Fil-pront, il-ħalliel seraq il-flus mill-bwiet tal-qalziet tal-bejjiegħ, u ħarab ‘il barra mill-ħanut.
//= $special ?>