Internazzjonali

Ir-Renju Unit se jwaqqaf bażi militari permanenti fil-Lvant Nofsani

Ir-Renju Unit se jwaqqaf l-ewwel bażi militari permanenti fil-Lvant Nofsani mindu rtira formalment mir-reġjun fl-1971.

Il-bażi, fil-Port ta’ Mina Salman fil-Bahrain, se tilqa’ bastimenti navali, fosthom destroyers u aircraft carriers.

Ir-Renju Unit qal li din id-deċiżjoni se tkun qed twassal għal “espansjoni fil-preżenza tal-Qawwa Navali Ingliża” u se tkun “qed issaħħaħ l-istabbilta’ fil-Golf”.

Sadattant tħabbar li suldati nisa Ingliżi se jkunu, għall-ewwel darba, qed jiġġieldu flimkien ma’ suldati rġiel. Studju li dam sitt xhur u li sar mill-Ministeru tad-Difiża rrakkomanda li jagħmel din il-bidla strika.