Lokali

It-telefonati ta’ wara l-isparatura jiddominaw il-ġurnali

Il-kontenut tat-telefoni li seħħew wara l-isparatura mix-xufier tal-Ministru Manwel Mallia, u li saru qabel ma’ ħarġet l-istqarrija mid-Dipartiment tal-Informazzjoni, iddominaw il-faċċati tal-ġurnali tas-Sibt, bil-ġurnali lokali jirrappurtaw bi prominenza dan l-iżvilupp fil-każ Manwel Mallia.

Il-gazzetta IN-NAZZJON dalgħodu ppubblikat dettalji u l-kontenut tat-telefonati kollha li saru mill-ħin tal-isparatura fil-Gżira minn Paul Sheehan sakemm ħarġet l-istqarrija mid-DOI (li ntbgħatet minn Kurt Farrugia, il-Kap tal-Komunikazjoni tal-Prim Ministru ta’ Joseph Muscat).

Il-kontenut ta’ dawn it-telefonati ġew żvelati l-Ġimgħa filgħaxija esklussivament matul il-programm Newsfeed fuq NET Television.

Agħfas hawn għall-kontenut ta’ dawn it-telefonati.