KAMPJONAT BOV – L-EWWEL DIVIŻJONI
VITTORIOSA S. …………………… 3
BIRŻEBBUĠA SP …………………. 3
B’Bugia SP – A. Boatto, P. Camilleri, J. Briffa (R. Micallef), J.Ani, N. Clerico, L. Micallef, K. Muscat, E. L. Bonati, G. Caruana, L. Camileri, S Eboh (G. Camilleri)
Vittoriosa – K. Magri, M. Camilleri (L. Gauci), K. Scicluna, M. Barbara, C. Spiteri, C. Sammut (O. Rababah), V. Di Maggio (F. Santaguida), M. Buttigieg, A. Evi Parker, M. Buttigieg, S. Grech, L. Vella Critien
Referee -Adrian Azzopardi
Birżebbuġa kisbu t-tieni punt tagħhom f’dan l-istaġun meta kisbu draw ta’ 3-3 kontra Vittoriosa f’logħba ferm tajba u spġettakolari. Vittoriosa lagħbu ferm aħjar u tista’ tgħid li fallew żewġ punti prezzjużi minn ħalqhom, iżda wieħed irid jagħti mertu wkoll lil Birżebbuġa li qatt ma qatgħu qalbhom u baqgħu jemmnu li jistgħu jiksbu xi ħaġa minn dan il-konfront.
Iż-żewġ naħat ħarġu b’mod aggressiv anki jekk Vittoriosa kienu iktar diretti fil-logħob tagħhom. Fis-16-il minuta Vittoriosa fetħu l-iskor meta minn kross ta’ Karl Sammut, Eviparker niżżel tajjeb bir-ras lejn MICHAEL CAMILLERI li dar tajjeb ma’ difensur u għeleb lil Boatto.
Ħames minuti wara Vittoriosa viċin it-tieni gowl meta minn kross ta’ Michael Camilleri kien Eviparker li falla ċans tad-deheb meta xeħet għoli u kien kpompletament żmarkat quddiem Boatto. Iżda l-gowl tal-Birgu kien fil-viċin għaliex fis-26 minuta Eviparker żmarka lil
MICHAEL CAMILLERI li minn qagħda dubjuża skorja t-tieni gowl tiegħu u ta’ Vittoriosa.
Birżebbuġa ma qatgħux qalbhom u daħlu mill-ġdid fil-logħba fit-28 minuta meta JEREMY ANI skorja ġmiel ta’ gowl b’xutt bomba li għeleb għal kollox lil Magri. Fl-34 minuta ċans ieħor tajjeb għal Eviparker li kien żmarkat minn Di Maggio, iżda l-attakkkant reġa’ falla ċans verament tajjeb ta’ skor.
Fit-tieni taqsima Birzebbuga kisbu d-draw wara 13-il minuta meta Magri ma żammx freekick ta’ Ani u s-sostitut DARRELL GRECH irnexxielu jkompli l-ballun għal ġewwa. Il-ferħ ta’ Birżebbuġa ma tantx dam għaliex minuta wara Vittoriosa marru mill-ġdidi minn fuq b’xutt bomba ta’ CARL SAMMUT.
Iżda Birżebbuġa qatt ma kienu rassenjati u wara li freekiekc ta’ Ani kien salvat b’diffikulta minn Magri, huma kisbu d-draw għaxar minuti mit-tmiem. Xutt ta’ Any kien parzjalment salvat minn Magri u mir-rebound is-sostitut GILBERT CAMILLERI kompla għal ġewwa. U żewħ minuti mit-tmiem Birżebbuġa għal ftit ma kisbux rebħa drammatika meta xutt ieħor ta’ Bonati ħasad lil Magri li salva iżda ma żammx, iżda din id-darba Camilleri ma kienx attent u ma rnexxielux jikkonkludi.
//= $special ?>