KAMPJONAT BOV – L-EWWEL DIVIŻJONI
MQABBA ………………….. 2
LIJA A. ………………………. 3
Mqabba – K. Calleja, M. Bonnici, R. Da Silva Gomes, M. A. Psaila, C. Micallef, J. Gerada, G. Suares, K. Cutajar (B. Grech), D. Da Silva Silveira, R. Schembri, L.Scorfna (J. Fenech)
Lija A – J. Spiteri, B. Antignolo, P. Babic, P. Borg, A. Caruana, M. Clinch, N. Spiteri, A. Ige, C. Frendo, I. Mc Carthy (R. Gatt), R. Taliana (A. Galea)
Referee – Jude Ameen Utulu
Lija kisbu t-tieni rebħa konsekuttiva meta f’logħba spettakolari għelbu lil Mqabba 3-2. Bis-saħħa ta’ din ir-rebħa issa Lija jinsabu fil-pożizzjoniajiet ta’ fuq f’kampjonat li qed isir dejjem iktar interessanti u inċert.
Wara bidu bilanċjat kienu Lija bl-ewwel azzjoni fetħu l-iskor b’xutt bomba ta’ BEPPE ANTIGNOLO li għeleb għal kollox lil Kris Calleja. Dan il-gowl kiesaħ u biered jidher li ma tantx inkwieta lil Mqabba li mill-ewwel wettqu reazzjoni b’xutt ta’ Da Silva Silveira jmur ftit barra.
Fit-18-il minuta azzjoni oħra tajba ta’ Mqabba mibdija minn Da Silva Silveira li qabeż żewġ plejers qabel qassam lejn Soares li falla minn qagħda tajba. Lija resqu qrib li jkabbru l-iskor b’xutt sabiħ ta’ Mauro Binnic li kien salvat b’mod spettakolari minn Kris Calleja.
Fil-35 minuta Mqabba għamlu l-iksor indaqs meta freekick dirett ta’ DOUGLAS DA SILVA SILVEIRA spiċċa fir-rokna tax-xibka bi Spiteri kompletament megħlub.
Erba’ minuti wara Kris Calleja reġa’ salva lil Mqabba fuq xutt angolat ta’ Isaac McCarthy u minuta wara għamel l-istess fuq xutt ieħor tajjeb ta’ Beppe Antignolo. T.liet minuti mit-tmiem tal-ewwel taqsima ċans tad-dehb għal Mqabba li jmorru fil-vantaġġ meta kisbu penalty għal fawl fuq Soares magħmul minn Caruana, iżda mill-11-il metru ix-xutt tal-istess Guilheime Soares kien fjakk u kien faċilment salvat minn Justin Spiteri.
Għaxar minuti mill-ftuħ tat-tieni taqsima Lija ngħataw penalty wara li Ige twaqqa minn Gomes u mill-11-il metru CLEAVEN FRENDO ma falliex. Lija komplew jilagħbu aħjar u ħdax-il minuta wara kabbru l-iskor meta Antignolo u Ige kellhom azzjoni tajba bejniethom u kien
ISAAC McCARTHY li temm din l-azzjoni meta spara l-ballun fix-xibka.
Kwarta mit-tmiem Mqabba sfortunati meta xutt b’saħħtu ta’ Clayton Micallef ħabat mal-mimduda biex erba’ minuti wara Mqabba naqqsu l-iskor meta xutt devjat ta’ DA SILVA GOMES spiċċa wara Spiteri.
Mqabba assedjaw il-lasta ta’ Lija fil-minuti li kien għad fadal iżda l-isforzi tagħhom ma swes għal xejn għaliex Lija żammew il-vantaġġ sat-tmiem.
//= $special ?>