Sport

Jirritornaw it-tlielaq tal-Motocross f’Għawdex

Wara nuqqas ta’ diversi snin, il-Gozo Motorcross Association reġgħet fetħet il-bibien tagħha għad-dilettanti kollha tal-muturi. Bil-koperazzjoni tal-Ministeru għal Għawdex u l-Gozo Sports Board, il-kumitat il-ġdid qed jaħdem bis-sħiħ biex l-isports tal-muturi f’Għawdex jerġa’ jieħu spinta ħalli s-sewwieqa u d-dilettanti jkollom l-opportunità li jipprattikaw u jgawdu dan l-isport.

Il-Ħadd, 30 ta’ Novembru giet saret Fun Race fejn ipparteċipaw 8 sewwieqa. Dawn kienu Bigeni Joseph, Bigeni Etienne, Bigeni Godfrey, Camilleri Daniel, Bartolo Joe, Attard Ivan, Vella Derrick u Spiteri Robert.

Din il-Fun Race kienet maqsuma f’żewġ kategoriji, A u B. F’kategorija A Etienne Bigeni temm fl-ewwel post segwit minn Joseph Bigeni u Robert Spiteri fit-tielet post. Kategorija B ntrebħet minn Ivan Attard quddiem Godfrey Bigeni u Daniel Camilleri. Fit-tmiem tal-Fun Race, r-rebbieħa ngħataw trofew.

Intant il-Gozo Motocross Association ħabbret li se torganizza kampjonat li se jikkonsisti fi tlielaq f’diversi kategoriji minn Jannar sa Mejja. L-assoċjazzjoni tħeġġeġ aktar sewwieqa u dilettanti biex jattendu u jipparteċipaw f’dan l-isport.

Aktar tagħrif fuq il-paġna ta’ Facebook Gozo Motocross Association.