Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb ħabbar ir-rebbieħa tal-Premju Nazzjonali tal-Ktieb ‘Kotba 2013′.
Is-serata ta’ premjazzjoni saret il-Ġimgħa ta’ Diċembru 2014 f’ċerimonja uffiċċjali fil-Berġa ta’ Kastilja.
Preżenti għas-serata u d-diskors uffiċċjali tal-Prim Ministru u taċ-Chairman tal-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb, kien hemm il-finalisti kollha flimkien ma mistiedna speċjali.
Premju ‘Proża Letterarja (Rumanz bil-Malti) – L-Eżodu taċ-Ċikonji – Walid Nabhan
Premju ‘Proża Letterarja (Novelli bil-Malti) – Ċpar – Akar Rakkonti u Divertimenti – Alfred Sant
Premju ‘Poeżija bil-Malti’ – Penelopi Tistenna – Immanuel Mifusd
Premju ‘Kotba għat-Tfal minn 8 sa’ 12-il sena’ – Vleġġa Kkargata – Adrian Grima
Premju ‘Traduzzjoni’ – L-Alla tal-Ħerba ta’ Yasmin Reza – Toni Aquilina
Premju ‘Kotba ta’ Natura Umanistika bil-Malti jew bl-Ingliż’ – Verġni Sagri, Demonji u Boloħ Għal Alla – Mario Azzopardi
Premju ‘L-Aħjar Produzzjoni ta’ Ktieb bil-Malti’ – What Happens in Brussels Stays in Brussels – Merlin Publishers Limited
Premju ‘L-Aħjar Produzzjoni ta’ Ktieb b’Lingwa Oħra’ – Late Medieval Malta (1091 – 1500) – Midsea Books
Premju ‘L-Aħjar Illustratur’ – Tqasqis – Trevor Zahra
Premju ‘Persuna li tat kontribut siewi fil-litteratura jew fil-qasam l-ktieb’ – Professur Godfrey Wettinger – storiku Malti li speċjalizza fiż-Żmien Nofsani, kiteb numru kbir ta’ kotba u studji importanti fosthom fuq l-iskjavi u l-ismijiet tal-postijiet f’Malta, u li flimkien ma’ Michael Fsadni skopra l-Kantilena, l-eqdem kitba Maltija.
//= $special ?>