Il-mistoqsijiet li bdiet tagħmel il-ġurnalista ta’ ONE News lill-Kap tal-Oppożizzjoni dwar Kurt Farrugia waqt il-konferenza tal-aħbarijiet li saret is-Sibt waranofsinhar, kien qed jibgħatomla Kurt Farrugia stess.
Il-Kap tal-Komunikazzjoni tal-Prim Ministru Joseph Muscat, beda jibgħat il-mistoqsijiet dwaru stess lil Janice Bartolo, il-ġurnalista ta’ ONE News, permezz tal-‘whatsapp’. Imbgħad hi bdiet tirrepeti l-mistoqsijiet lill-Kap tal-Oppożizzjoni.
Il-konferenza indirizzata mill-Kap tal-Oppożizzjoni Simon Busuttil kienet dwar l-aħħar żviluppi b’rabta mal-każ Manwel Mallia hekk kif fl-aħħar sigħat ġew żvelati telefonati li saru bejn ix-xufier tal-Ministru Mallia, il-Ministru nnifsu u l-Aġent Kummissarju tal-Pulizija Ray Zammit.
Agħfas hawn biex għal ‘Live Blog’ hekk kif kienet qed tiġi trasmessa l-konferenza tal-aħbarijiet.
//= $special ?>