Joshua Wong, l-istudent żagħżugħ li sar popolari fil-protesti favur id-demokrazija f’Hong Kong, temm strajk tal-ġuħ wara erbat ijiem. Iż-żagħżugħ ta’ 18-il sena qal li hu temm din l-azzjoni fuq parir tat-tabib.
Madankollu, hu qal li l-ġlieda tad-dimostranti se tibqa’ għaddejja. Sadattant tliet studenti oħrajn għadhom qed jirrifjutaw li jieklu.
Il-protesti – li bdew xahrejn ilu – qed isejħu liċ-Ċina biex twaqqa’ ir-restrizzjonijiet dwar l-elezzjoni fl-2017 tal-mexxej il-ġdid f’Hong Kong.
//= $special ?>