Aġġornata
Sfortunatament, fl-aħħar ħin mietet il-mara ta’ 18-il sena li waqgħet minn gallarija ġo Wied il-Għajn.
Aktar kmieni
MaltaRightNow jinsab infurmat li mara ta’ 18-il sena waqgħet għoli ta’ ħames sulari minn gallarija għal ġo parapett f’Triq il-Ħamrija, f’Wied il-Għajn.
L-inċident seħħ fl-4.45pm, b’sorsi li tkellmu ma’ dan is-sit jikkonfermaw li l-mara hi ta’ nazzjonalita’ Somala.
Fuq il-post issejjħet ambulanza, kif ukoll l-assistenza tal-Pulizija.
Kawża tal-inċident, il-mara tinsab fil-periklu tal-mewt.
//= $special ?>