Ftit tal-ħin ilu seħħ inċident li seta’ kellu konsegwenzi agħar fit-Triq tal-Barrani, f’Bir id-Deheb.
Jirriżulta li għal xi raġuni żewġ vetturi kellhom impatt, meta l-karozza misjuqa minn mara kienet qed taqsam fuq il-lights u sabet quddiemha karozza oħra għaddejja mit-triq prinċipali.
Fortunatament jidher li ħadd ma weġġa’ f’dan l-inċident hekk kif fuq il-post issejħu biss il-wardens, u ma sar l-ebda rapport lill-pulizija.
//= $special ?>