Lokali

RITRATTI: Jissokkta Misraħ il-Milied fid-Dar Ċentrali

Fid-Dar Ċentrali tal-Partit Nazzjonalista matul il-ġurnata tas-Sibt issokkta Misraħ il-Milied, li kompla b’numru t’attivitajiet matul il-ġurnata kollha.

Misraħ il-Milied beda l-Ġimgħa filgħaxija fid-Dar Ċentrali tal-Partit Nazzjonalista u fetaħ is-Sibt fid-9am. Fil-ġranet kollha l-pubbliku jista’ jgawdi minn numru ta’ attrazzjonijiet fosthom wirja ta’ presepji, ‘apple strudle show’, area għat-tfal u diversi stands b’bejgħ ta’ ponsjetti, ġugarelli, kotba, tiżjin tal-Milied kif ukoll ikel, ħelu u xorb marbut mal-Milied.

Intant il-programm tas-Sibt jinkludi diversi kantanti żgħar jallegraw lil dawk preżenti b’mużika tal-Milied, tournament tas-‘Subbuteo’ u divertiment mis-6 ta’ filgħaxija ‘l quddiem li jkompli bis-sehem ta’ diversi kantanti. Fid-9 ta’ filgħaxija imbgħad party kbir mid-DJs ta’ Radio 101 – Saturday Night Fever.