Ambjent Lokali

Ritratti: Tinfetaħ investigazzjoni dwar kelb għadma u ġilda fl-Imsida

Wara l-istorja ta’ MaltaRightNow, id-Dipartiment tal-Ħarsien tal-Annimali, mar l-Imsida permezz ta’ ambulanza biex jinvestiga l-allegat każ ta’ moħqrija ta’ kelb f’residenza fi Triq Antonio Sciortino.

Il-kelb li għandu erbatax-il sena qed jingħata medikazzjoni għall-mard li għandu u qed jiġi trattat mit-tabib tad-Dipartiment minħabba it-telf tal-piż tiegħu. Jirriżulta li l-kelb kien diġa ċċekkjat ġimgħatejn ilu u se jkunu qed isiru spezzjonijiet oħra fil-jiem li ġejjin.

Ambulanza annimali mohqrija

 

Iktar kmieni: Id-Dipartiment tal-Ħarsien tal-annimali qed jinvestiga allegat każ ta’ moħqrija tal-annimali wara ritratti li ttellgħu fuq Facebook. L-annimal qed jinżamm fi propjeta privata li tinsab fi Triq Antonio Sciortino fl-Imsida.

Kif jidher fir-ritratti, il-kelb jidher fi stat ħażin ħafna ta’ saħħa; għadma u ġilda, bil-kustilji kollha jidhru.

Skont il-persuna li tellgħet dawn ir-ritratti, hi kien ilha senejn tirraporta dan il-każ imma qatt ma ttieħdet azzjoni. Qalet li matul dan iż-żmien kollu, il-kelb kien jinstema’ jingħi, jidher fi stat dejjem agħar ta’ saħħa mingħajr qatt ma jinħareġ barra mir-residenza.