Sfortunatament mietet il-famuża qattusa b’żewġt uċuħ fl-eta’ ta’ ħmistax-il sena. Hi mietet f’North Grafton, f’Massachusetts, fl-Istati Uniti.
‘Frank u Louie’ twieldet b’żewġ uċuħ, żewġt iħluq u tlett għajnejn. Hu suspettat li l-qattusa mietet kawża tal-kanċer.
Fl-2012, ‘Frank u Louise’ kisret ir-rekord tal-aktar qattusa mill-grupp ‘Janus’ li damet ħajja. Il-grupp ta’ qtates ‘Janus’ hu msejjaħ hekk għal-alla Ruman b’żewġt uċuħ. Filfatt hu rari li qtates minn dan il-grupp jirnexxielhom isalvaw. Għall-kuntlarju ta’ ‘Frank u Louie’ li damet ħajja għal ħmistax-il sena sħaħ!
//= $special ?>