Raġel ta’ 59 sena, flimkien ma’ żagħżugħ ta’ 17-il sena, it-tnejn miż-Żejtun, dalgħodu spiċċaw l-isptar wara inċident li kellhom fuq il-mutur tagħhom.
L-inċident seħħ għal ħabta tas-1.30pm, meta l-mutur, għal xi raġuni, tilef il-kontroll u ħabat mal-ġenb ta’ Triq l-Avjazzjoni fil-Gudja.
Ir-raġel ta’ 59 sena ġarrab feriti gravi filwaqt li ż-żagħżugħ jinsab f’saħħtu.
Il-Pulizija tinsab għaddejja bl-investigazzjonijiet tagħha.
//= $special ?>