Lokali

Alexandra Mamo: “Tmissu xejn mix-xena għax il-Kummissarju jrid li ssir Inkjesta bil-Maġistrat”

… minn aktar konversazzjonijiet bit-telefon ftit tal-ħin wara l-isparatura tax-xufier tal-Ministru Manwel Mallia, is-Supretendent Alexandra Mamo ċċempel lill-Pulizija fil-post tar-reat u twissihom biex ħadd ma jmiss xejn għax “il-Kummissarju jrid li ssir Inkjesta bil-Maġistrat”

Dan is-sit MaltaRightNow jista’ jisvela kif ftit tal-ħin wara li saret l-isparatura fil-Gżira fil-lejl tal-Erbgħa, 19 ta’ Novembru li għadda mix-xufier tal-Ministru Manwel Mallia u appena s-Supretendent Alexandra Mamo kienet infurmata b’dak li kien ġara mill-Aġent Kummissarju tal-Pulizija Ray Zammit li ordnalha biex tmur fil-post tal-isparatura, tinstema’ ċċempel lill-Pulizija li diġà kienu fil-post tal-isparatura biex ħadd ma jmiss xejn għax “il-Kummissarju jrid li ssir Inkjesta bil-Maġistrat”.

Dan kollu joħroġ minn aktar invesitigazzjoni li l-media tal-Partit Nazzjonalista qed tkompli tagħmel biex tkompli toħroġ il-verità moħbija mill-Gvern li flok għażel li ma jaħbix dan ir-reat, għażel li jimmunta ħidma kbira ta’ cover up biex dak li għamel ix-xufier tal-Ministru Manwel Mallia ma jasalx b’mod veritier għand il-poplu Malti u Għawdxi.