GĦAWM: Alia Atkinson rebħet l-ewwel midalja tad-deheb li qatt rebħet il-Ġamajka waqt il-kampjonati tad-dinja tal-Għawm f’pixxina ta’ 25 metru, u saret ukoll l-ewwel għawwiema sewda li rebħet titlu mondjali fl-għawm.
L-għawwiema ta’ 25 sena laħqet ukoll ir-rekord tad-dinja mwaqqaf miċ-Champion Olimpika mil-Litwanja, Ruta Meilutyte fil-100m breaststroke ta’ minuta u 2.36 sek.
Atkinson ġiet minn wara fit-tieni leg biex issuperat liċ-Champion renjanti Meiluyte b’0.01 sek. Kien is-17-il rekord imwaqqaf fiċ-Ċentru Akwatiku ta’ Hamad f’Doha.
Atkinson, li spiċċat ir-raba’ fl-Olimpjadi ta’ Londra, kienet rebħet tliet midalji tad-deheb qabel fil-kampjonati tad-dinja f’pixxina qasira.
//= $special ?>