Kurżitajiet

Filmat: Pulizija jixtru siġra tal-Milied lil tifla fqira

Telefonata mhux tas-soltu għall-Pulizija fi Florida li fuq il-linja tal-emerġenza 911 ma semawx b’xi inċident jew każ li kellhom jinvestigaw, imma l-karba ta’ tifla li spjegatilhom li familtha tant hi fqira li lanqas jaffordjaw jixtru siġra tal-Milied.

Jirriżulta li t-telefonata kienet għamlitha t-tifla ż-żgħira ta’ din il-familja, li għad għandha biss tliet snin, u li għafset 911 bi żball waqt li kienet qed tilgħab bit-telefon.

Wara din it-telefonata, l-uffiċjali Barry Ward u Terrence Paramore ma ħasbuhiex darbtejn u mhux biss xtraw siġra tal-Milied imma wkoll numru ta’ rigali oħra għall-familja.

Huma ffilmjaw il-laqgħa tagħhom ma’ din il-familja, fejn żgur li t-tgħanniqa u t-tbissima tat-tifla l-oħra tal-familja, li għad għandha seba’ snin, żgur li offriet l-ikbar tal-ġurnata lill-uffiċjali.