Fl-aħħar sigħat it-tifun Hagupit kompla jaħkem il-Lvant tal-Filippini, b’aktar minn nofs miljun persuni li kellhom jaħarbu minn djarhom biex ma jintlaqtux mill-maltemp qawwi u l-irwiefen li qed jaħkmu.
L-inħawi kienu għadhom qed jirkupraw minn tifun ieħor li ħakem is-sena li għaddiet u li kien ħalla eluf ta’ persuni vittmi tiegħu.
Minkejja ħsarat estensivi li qed jikkawża it-tifun Hagupit, fortunatament, s’issa għadhom ma kienux rappurtati vittmi.
L-awtoritajiet qed jgħidu li l-akbar lezzjoni mit-tifun tas-sena li għaddiet kienet dik li jkunu preparati aktar biex jevakwaw lin-nies minn inħawi vulnerabbli u s’issa jidher li dan qed jirnexxi.
//= $special ?>