F’rapport ippubblikat fuq il-mument, ġie żvelat li Kurt Farrugia, il-Kelliem tal-Prim Ministru, quddiem l-Inkjesta xehed li l-istqarrija li ħareġ hu, ħariġha fuq ordni ta’ xi ħadd minn fuqu li ordnalu biex joħroġ tali stqarrija sagħtejn biss wara l-isparatura.
Ir-rapport jirreferi għall-istqarrija mimlija gideb li nħarġet madwar sagħtejn wara li seħħ l-inċident tal-isparatura, fejn fiha ngħad li l-isparaturi kienu fl-arja u mhux fid-direzzjoni tal-karozza tas-sewwieq li kien laqat il-karozza MG14 tal-Ministru Manuel Mallia, kif ukoll li l-inċident kien wieħed sempliċi ta’ ‘hit and run’.
Aktar kmieni din il-ġimgħa, il-gazzetta In-Nazzjon żvelat kif ftit tal-minuti wara li din l-istqarrija nħarġet, l-istess Kelliem tal-Prim Ministru ċempel lill-Ministru Manuel Mallia u serraħlu rasu li l-istqarrija għall-media kien fil-fatt ħariġha.
Dwar dan kollu nifhmu li quddiem l-Inkjesta l-istess Kelliem tal-Prim Ministru qal li hu ħareġ dik l-istqarrija minħabba li kellu ordni minn ta’ fuqu biex joħroġha permezz tad-Dipartiment tal-Informazzjoni (DOI).
//= $special ?>