L-Aġent Kummissarju (li kellu lil Kurt Farrugia fil-preżenza tiegħu): “Kemm-il tir tajtu?”. Sheehan iwieġeb: “tnejn”.
L-istqarrija li kien ħareġ Kurt Farrugia kienet tgħid li t-tiri li ġew sparati bħala warning kienu “fl-ajru”… iżda r-recording, bil-kliem “hemmek tajtu ġiex tiri”, jikkonferma li Farrugia kien jaf li t-tiri ġew sparati fid-direzzjoni ta-vettura
Recordings li ġew ippubblikati fil-midja l-Ħadd jikkonfermaw b’mod ċar li Kurt Farrugia, il-Kap tal-Komunikazzjoni tal-Prim Ministru Joseph Muscat, kien jaf biż-żewġ tiri li x-xufier tal-Ministru Manwel Mallia spara fid-direzzjoni tal-vettura li fiha kien hemm persuna oħra.
Ir-recordings jikkonfermaw konversazzjoni bit-telefon li saret bejn ix-xufier tal-Ministru, Paul Sheehan u l-Aġent Kummissarju tal-Pulizija Ray Zammit. L-Aġent Kummissarju ikollu ħdejħ lil Kurt Farrugia. Dan kollu kien diġa ġie żvelat minn dan sit u midja oħra ta’ Media.Link Communications.
Fir-recordings jinstema’ Paul Sheehan jirrakkonta x’ġara filwaqt li l-Aġent Kummissarju jinstema’ jirrepeti l-informazzjoni lill-Kurt Farrugia.
Sheehan jinstema’ jgħid: “Hemmek tajtu ġiex tiri…”. L-Aġent Kummissarju jistaqsi “kif rikeb ġol-karozza?”. Sheehan iwieġeb: “Mela”.
L-Aġent Kummissarju jistaqsi: “Kif rikeb ġol-karozza…. kemm il-tir tajtu?”. Sheehan iwieġeb: “tnejn”.
Din hi konferma ċara ta’ dak li ġie żvelat minn dan is-sit nhar il-Ġimgħa; li l-Kap tal-Komunikazzjoni tal-Prim Ministru kien jaf biż-żewġ tiri li ġew sparati fid-direzzjoni ta’ vettura li fiha kien hemm persuna…. u bil-konsegwenza li seta’ qatilha. Tant li ġimgħa wara Sheehan ġie akkużat b’attentat ta’ qtil wara li nkixef il-‘cover-up’ li kien se jitwettaq.
//= $special ?>