Fil-ħarġa ta’ għada tat-Tnejn In-Nazzjon se nkomplu nagħtu aktar informazzjoni dwar l-aħħar żviluppi b’rabta tal-isparatura mix-xufier tal-Ministru Manwel Mallia fil-lejl tal-Erbgħa, 19 ta’ Novembru li għadda u li dwarha Manwel Mallia, il-Ministru tal-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali u Kurt Farrugia, il-Kelliem Uffiċjali tal-Prim Ministru, għażlu li jagħmlu tentattiv ta’ cover up biex il-verità ma toħroġx.
Fl-aħħar sigħat il-media tal-Partit Nazzjonalista kompliet tirċievi aktar informazzjoni mill-aktar importanti relatata ma’ dan l-attentat ta’ cover up sfaċċat bl-iskop preċiż li t-tort u l-kolpa titneħħa minn fuq il-Ministru Manwel Mallia u l-Kelliem tal-Prim Ministru Joseph Muscat li qed jagħmlu minn kollox – saħansitra quddiem il-Bord tal-Inkjesta maħtur mill-Prim Ministru – li sa għada filgħaxija trid ittemm ix-xogħol tagħha biex l-għada t-Tlieta tippreżenta r-rapport tagħha lill-Prim Ministru li ripetutament qal li jrid jistenna l-eżitu tagħha qabel ma jieħu l-passi meħtieġa!
Mela għada tinsewx tixtru kmieni l-ġurnal In-Nazzjon biex tkompli taġġornaw lilkom infuskom mal-aħħar żviluppi dwar dan il-każ li dwaru hi l-media tal-Partit Nazzjonalista li qed jirnexxielha toħroġ il-verità.
//= $special ?>