L-Awstralja appellat liċ-ċittadini Awstraljani biex ma jkomplux jagħmlu talbiet frivoli fl-ambaxxati tagħha madwar id-dinja. Dan wara li d-diplomatiċi Awstraljani ilhom jilmentaw dwar talbiet li jsiru li m’għandhom x’jaqsmu xejn mad-doveri tagħhom.
Fost talbiet oħrajn, ċittadin Awstraljan talab lil ħaddiema mill-ambaxxata sabiex jgħinu jniżżlu qattus minn fuq saqaf kif ukoll biex iħallsu kontijiet varji tagħhom meta jkunu fuq btala.
Julie Bishop, il-Ministru għall-Affarijiet Barranin qalet li wħud mill-ambaxxati jattiraw diversi “pessa kwistjoni” li jirritornaw għal aktar minn darba b’talbiet strambi li mhux kompitu tad-diplomatiċi jsolvu.
Il-Ministeru svela li matul l-2013 madwar 15,000 turist Awstraljan talbu għall-għajnuna fl-Ambaxxati Awstraljani madwar id-dinja.
//= $special ?>