Sitt ġimgħat ilu, l-gazzetta ‘il-mument’ żvelat kif t-terrorist Mahdi al-Harati ngħata permess ta’ residenza f’Malta. Dan it-terrorista nħatar Sindku ta’ Tripli fl-istess żmien li l-grupp militanti iżlamiku Libjan, ħa taħt idejh il-kontroll tal-ajruport ta’ Tripli b’konsegwenza li dan wassal biex il-gvern leġittimu Libjan iddikjara li tilef il-kontroll tal-kapitali Tripli.
Sitt ġimgħat wara li ‘il-mument’ żvelat dan, tkompli tiżvela kif il-grupp milititanti iżlamiku li ħa l-kontroll ta’ Tripli jiġbed ħabel wieħed flimkien ma’ Mahdri al-Harati li l-gvern tah permess ta’ residenza f’pajjiżna.
Għal din l-aħbar, il-gazzetta ‘il-mument’ bat numru ta’ mistoqsijiet lill-Ministeru tal-Intern u s-Sigurta’ Nazzjonali, li hu mexxi minn Manuel Mallia li minn naħa tiegħu għadu ma tax informazzjoni dwar il-permess residenzjali li ta l-Gvern Laburista lill al-Harati u lill-familja tiegħu.
Il-gazzetta il-mument speċifikat kif ilha tibgħat mistoqsijiet lill-Ministru għal xahrejn sħaħ u għal xahrejn Manwel Mallia ma weġibx għall-mistoqsijiet.
Fl-artiklu ta’ il-mument jingħad li minbarra li fil-passat, al-Harati kellu rabta mal-grupp terroristiku al-Qaeda, hu qrib wkoll ta’ grupp ta’ gihadisti jew aħjar terroristi iżlamiċi li jappartjenu lill-grupp iż-żerbiq tal-Libja. Il-grupp li ħa l-kontroll ta’ Tripli.
//= $special ?>