Il-Prim Ministru Joseph Muscat u l-Ministru tal-Enerġija Konrad Mizzi ġew fi kliem il-Partit Nazzjonalista u anke fi kliem l-espert Ingliż, Miles Seaman, dwar il-power station. Dan ġie rrappurtat wkoll mill-gazzetta il-mument.
F’Jannar tas-sena l-oħra, Miles Seaman, espert fil-qasam tal-enerġija kien qal li l-pjan tal-partit Laburista għall-enerġija kien f’riskju li ma jsirx fiż-żmien stipulat mill-Mexxej Laburista u mill-kelliem għall-Enerġija ta’ dak iż-żmien, Konrad Mizzi. Għal din it-twissija l-Partit Laburista kien iddikjara li se jżomm mal-pjani tiegħu.
Miles Seaman, l-espert Ingliż, kien qal li l-esperjenza tiegħu f’dan il-qasam tgħidlu li l-proċess kollu normalment, biex tinbena u tibda titħaddem sew power station tal-gass, jieħu mill-inqas tlieta sa erba’ snin. Filwaqt li qal li ma jistax jara li l-proġett jibda jitħaddem kif suppost qabel ħames snin.
Dan ifisser li dak li kien anke jgħid il-Partit Nazzjonalista, fil-kampanja għal-elezzjoni ġenerali, li l-proġett qatt ma seta’ jitlesta fi żmien sentejn, kien korrett u llum dan kollu qed jipprova jiġġustifikah il-Prim Ministru Joseph Muscat.
Biex issa, kif qal wkoll l-Ministru Konrad Mizzi fil-Parlament, il-proġett tal-power station il-ġdida se jkun lest madwar sena u nofs tard, eżattament f’Ġunju 2016.
//= $special ?>