Lokali

Ma nistgħux naċċettaw li l-Gvern ikollu l-kontroll tal-Pulizija – l-Assoċjazzjoni tal-Pulizija

Qatt m’hu aċċettabbli li l-Eżekuttiv, jiġifieri l-Gvern, ikollu kontroll tal-Korp tal-Pulizija. Dan huwa prinċipju li qatt ma jista’ jiġi nnegozjat, għax il-Korp tal-Pulizija għandu l-indipendenza tiegħu u din trid tiġi rispettata.

L-Avukat tal-Assoċjazzjoni tal-Pulizija Robert Abela qal dan f’intervista li saritlu mis-sit newsbook.com.mt. Hu qal li ma jistgħu qatt jaċċettaw l-addendum, jew il-ftheim, li sar fi ħdan il-Gvern fejn il-Gvern jibda jkollu l-kontroll tal-ogħla karigi tal-Korp tal-Pulizija – jiġifieri li l-Kummissarju, d-Deputat Kummissarju u l-Assistent Kummissarju imorru taħt il-kontroll tal-Gvern.

Robert Abela li dan il-ftehim li sar bejn is-Segretarju Permanenti fi ħdan il-Ministeru tal-Intern u s-Segretarju Prinċipali Permanenti jġib fix-xejn l-awtonomija li s’issa dejjem gawda minnu l-Korp tal-Pulizija.

L-Assoċjazzjoni tal-Pulizija saret taf b’dan it-tibdil minn fuq l-internet!

Mistoqsi kif l-Assoċjazzjoni saret taf b’dan l-addendum, jew ftheim, Robert Abela qal li saru jafu minn fuq l-internet bħall-bqija tal-pubbliku u d-deċiżjonijiet ittieħdu minn wara dahar il-Korp. Bl-istess mod li ttieħded deċiżjoni minn wara dahar il-Korp li tiġi introdotta l-kariga ta’ Kap Eżekuttiv għall-Korp.

Ara l-intervista sħiħa li saret minn newsbook.com.mt hawn fuq